Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0833

Kawża T-833/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2019 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)

ĠU C 45, 10.2.2020, pp. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/85


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2019 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)

(Kawża T-833/19)

(2020/C 45/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grammer AG (Amberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 389 621

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1478/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top