Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0803

    Kawża T-803/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – etc-gaming u Casino-Equipment vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/80


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – etc-gaming u Casino-Equipment vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-803/19)

    (2020/C 45/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: etc-gaming GmbH (Vjenna, l-Awstrija) u Casino-Equipment Vermietungs GmbH (Vjenna) (rappreżentant: A. Schuster, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li tħallas kumpens għat-telf sostnut għal EUR 110 836 927,73 li illegalment, u b’nuqqas tagħha stess ikkawżat lill-patrimonju tar-rikorrenti, billi naqset milli tipprovdi, hekk kif kien meħtieġ, rimedju legali skont l-Artikoli 6(1) u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”);

    sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-merti tal-każ, li tħallas kumpens għat-telf sostnut, u/jew li ser jirriżulta fil-futur, li illegalment u b’nuqqas tagħha stess ikkawżat lill-patrimonju tar-rikorrenti, billi naqset milli tipprovdi, hekk kif kien meħtieġ, rimedju legali skont l-Artikolu 6(1) u 13 tal-KEDB u l-Artikolu 47 tal-Karta.

    tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej.

    In-nuqqas tal-Unjoni Ewropea, li tagħti effett għar-rekwiżiti taħt il-KEDB u tal-Karta li tipprovdi rimedju legali effettiv wassal sabiex illegalment u b’nuqqas tagħha stess ir-rikorrenti sostnew telf ta’ mill-inqas EUR 110 836 927,73. Dan it-telf jikkonsisti fil-fatt li r-rikorrenti, fl-assenza ta’ rimedju legali li kien jagħmel possibbli stħarriġ tan-nuqqas mill-qrati nazzjonali, li kellhom obbligu korrispondenti li jagħmlu hekk, li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, legalment ma kinux f’pożizzjoni li jiżguaraw li jingħata effett lid-dritt tal-Unjoni, u għalhekk li tiġi żgurata l-inapplikabbiltà, bħala riżultat tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali fuq il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard li jirriżultaw f’obbligi li titħallas it-taxxa korrispondenti għal diversi drabi l-ammont tad-dħul mill-bejgħ miksub matul l-istess perijodu.


    Top