Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0680

Kawża T-680/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/62


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/19)

(2019/C 423/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Irish Wind Farmers’ Association Clg (Kilkenny, l-Irlanda), Carrons Windfarm Ltd (Shanagolden, l-Irlanda), Foyle Windfarm Ltd (Dublin, l-Irlanda), Greenoge Windfarm Ltd (Bunclody, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5257 final tad-9 ta’ Lulju 2019 – SA.44671 (2019/NN) – L-Irlanda, dwar allegata għanjuna illegali mill-Istat mogħtija lis-settur tal-karburanti fil-forma ta’ rati ta’ taxxa tan-negozju mnaqqsa;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, jiġifieri li l-Kummissjoni naqset milli tiftaħ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), minkejja dubji dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, u għaldaqstant ċaħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet proċedurali tagħhom.


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


Top