This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0554
Case T-554/19: Action brought on 9 August 2019 — Spain v Commission
Kawża T-554/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-554/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 319, 23.9.2019, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/31 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-554/19)
(2019/C 319/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/374/19, amministraturi (AD7), fl-oqsma li ġejjin: 1. dritt tal-kompetizzjoni; 2. dritt finanzjarju; 3. dritt tal-Unjoni ekonomika u monetarja; 4. regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea; 5. protezzjoni tal-muniti fl-Ewro kontra l-iffalsifikar (1).
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58 (2), tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżulta mill-fatt li s-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidtat ġiet limitata għall-Ingliż, għall-Franċiż, għall-Ġermaniż jew għat-Taljan, u li l-lingwi li jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkompletata t-taqsima Evalwatur tal-Kapaċitajiet tal-att ta’ kandidatura ġew limitati. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżulta mill-fatt li l-għażla tat-tieni lingwa ġiet indebitament limitata għal erba’ lingwi biss (il-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u t-Taljan), sa fejn il-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea huma esklużi. |
|
3. |
L-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż, tal-Ġermaniż u tat-Taljan hija arbitrarja u tagħti lok għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa li tmur kontra l-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
|
4. |
Il-fatt li l-avviż ta’ kompetizzjoni ma jispeċifikax espliċitament li l-lingwa 1 għandha tkun il-lingwa li fiha l-kandidati għandhom minn tal-inqas livell C1 jagħti lok għal diskriminazzjoni doppja, ibbażata fuq in-nazzjonalita u fuq il-lingwa “mitkelma”, bi ksur, għalhekk, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
(2) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).