Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0530

Kawża T-530/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 — Nord Stream vs Il-Parlament u Il-Kunsill

ĠU C 312, 16.9.2019, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/45


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 — Nord Stream vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-530/19)

(2019/C 312/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nord Stream AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Raible, C. von Köckritz u J. von Andreae, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Direttiva (EU) 2019/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, sa fejn l-Artikolu 1(9) ta’ din id-direttiva jdaħħal l-ewwel sentenza tal-Artikolu 49a(3), tad-Direttiva 2009/73 li jipprovdi “[i]d-deċiżjonijiet taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adotttati sal-24 ta’ Mejju 2020”;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u, jekk ikun il-każ, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li t-terminu għall-kisba ta’ eventwali deċiżjonijiet ta’ deroga taħt l-Artikolu 49a l-ġdid tad-Direttiva 2009/73 huwa eċċessivament qasir u, għaldaqstant, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt, stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-annullament parzjali tad-direttiva emendatorja minħabba ksur tal-Artikolu 296 TFUE, peress li d-direttiva hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ terminu eċċessivament qasir fid-dispożizzjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dispożizzjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi peress li tillimita b’mod inġust il-possibbiltà ta’ kisba ta’ derogi taħt l-Artikolu 49a l-ġdid tad-Direttiva 2009/73. Il-possibbiltà ta’ kisba ta’ tali derogi hija legalment meħtieġa għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ta’ offshore pipelines ta’ pajjiżi terzi li tlestew u li kienu operattivi meta d-direttiva emendatorja daħlet fis-seħħ.


Top