Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0382

    Kawża T-382/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Turk Hava Yollari vs EUIPO — Sky (skylife)

    ĠU C 270, 12.8.2019, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/44


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Turk Hava Yollari vs EUIPO — Sky (skylife)

    (Kawża T-382/19)

    (2019/C 270/46)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Turk Hava Yollari AO (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea skylife — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 898 322 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2019 fil-Każ R 880/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-EUIPO jiddikjara valida r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ikkontestata Nru 898 322 għall-prodotti u s-servizzi kollha rreġistrati fil-klassijiet 39 u 41;

    tordna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Sky Limited, iħallsu l-ispejjeż kollha tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top