This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0352
Case T-352/19: Action brought on 10 June 2019 — Gamma-A v EUIPO — Piejūra (Packing for foodstuffs)
Kawża T-352/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
Kawża T-352/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
ĠU C 255, 29.7.2019, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/53 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Gamma-A vs EUIPO — Piejūra (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
(Kawża T-352/19)
(2019/C 255/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Gamma-A SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: M. Liguts, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piejūra SIA (Nīcas novads, il-Latvja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2022 772-0001 (Imballaġġ għal oġġetti tal-ikel u x-xorb)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2516/2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara d-disinn validu; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |