EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0202

Kawża T-202/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — Knaus Tabbert vs EUIPO — Carado (CaraTour)

ĠU C 182, 27.5.2019, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/37


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — Knaus Tabbert vs EUIPO — Carado (CaraTour)

(Kawża T-202/19)

(2019/C 182/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Knaus Tabbert GmbH (Jandelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carado GmbH (Leutkirch im Allgäu, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CaraTour” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 366 313

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 506/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad b’mod sħiħ l-oppożizzjoni ta’ Carado GmbH tas-27 ta’ Lulju 2016, ibbażata fuq it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 935 334 u t-trade mark Ġermaniża Nru 30 611 776 (proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 742 784);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top