Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0086

    Kawża T-86/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Solnova vs EUIPO — Canina Pharma (BIO-INSECT Shocker)

    ĠU C 122, 1.4.2019, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 122/30


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2019 — Solnova vs EUIPO — Canina Pharma (BIO-INSECT Shocker)

    (Kawża T-86/19)

    (2019/C 122/34)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Solnova AG (Zollikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Canina Pharma GmbH (Hamm, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIO-INSECT Shocker” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 837 553

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 276/2017-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top