Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0536

Kawża T-536/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2020 – Militos Symvouleftiki vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Proċedura għal sejħa tal-offerti – Provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-attivitajiet għall-komunikazzjoni f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja – Annullament għal sejħa tal-offerti – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2020 – Militos Symvouleftiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-536/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura għal sejħa tal-offerti - Provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-attivitajiet għall-komunikazzjoni f’isem ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja - Annullament għal sejħa tal-offerti - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2021/C 35/65)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Militos Symvouleftiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: K. Farmakidis-Markou, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2019 li tannulla s-sejħa għall-offerti PR/2018-16/ATH dwar il-provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni f’isem ir-Rappreżentanza tagħha fil-Greċja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Militos Symvouleftiki AE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


Top