Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0308

    Kawża T-308/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Assenza ta’ lment – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli)

    ĠU C 222, 6.7.2020, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-308/19) (1)

    (Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Assenza ta’ lment - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli)

    (2020/C 222/27)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentant: E. Bonanni, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-att tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2019 dwar il-mandat ta’ kummissjoni medika ġdida fil-kuntest ta’ rikonoxximent tal-aggravament ta’ marda professjonali magħmula mir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni li r-rikorrent allegatament sostna.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment inammissibbli.

    2)

    Arnaldo Lucaccioni huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 230, 8.7.2019


    Top