EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0789

Kawża T-789/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni (“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Skambji kummerċjali mat-territorji taħt okkupazzjoni militari – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni – Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Politika kummerċjali komuni – Artikolu 207 TFUE – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Artikolu 215 TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011”)

ĠU C 263, 5.7.2021, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-789/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Skambji kummerċjali mat-territorji taħt okkupazzjoni militari - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni - Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207 TFUE - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Artikolu 215 TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011”)

(2021/C 263/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tom Moerenhout (Humbeek, il-Belġju) u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal-4 ta’ Settembru 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali” (ĠU 2019, L 241, p. 12).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal-4 ta’ Settembru 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali” hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


Top