This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TA0345
Joined Cases T-345/19, T-346/19, T-364/19 to T-366/19, T-372/19 to T-375/19, and T-385/19: Judgment of the General Court of 10 February 2021 — Santini and Others v Parliament (Institutional law — Single statute for Members of the European Parliament — Members of the European Parliament elected in Italian constituencies — Adoption by the Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Office of the President of the Italian Chamber of Deputies, Italy) of Resolution No 14/2018, on pensions — Alteration of the amount of the pensions of Italian national Members of Parliament — Corresponding alteration by the European Parliament of the amount of the pensions of certain former Members of the European Parliament elected in Italy — Competence of the author of the act — Obligation to state reasons — Acquired rights — Legal certainty — Legitimate expectations — Right to property — Proportionality — Equal treatment — Non-contractual liability — Sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals)
Kawżi magħquda T-345/19, T 346/19, T-364/19 sa T-366/19, T-372/19 sa T-375/19 u T-385/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Santini et vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew – Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-Membri tal-Parlament nazzjonali Taljani – Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja – Kompetenza tal-awtur tal-att – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet miksuba – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regola tad-dritt li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Santini et vs Il-Parlament
(Kawżi magħquda T-345/19, T 346/19, T-364/19 sa T-366/19, T-372/19 sa T-375/19 u T-385/19) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew - Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-Membri tal-Parlament nazzjonali Taljani - Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet miksuba - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regola tad-dritt li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)
(2021/C 128/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giacomo Santini (Trento, l-Italja) u d-disa’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019, kif ukoll, fir-rigward tar-rikorrent fil-Kawża T-375/19, ta’ dik tat-8 ta’ Mejju 2019, stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Parlament u li jikkonċernaw l-adattament tal-ammont tal-pensjonijiet li jibbenefikaw minnhom ir-rikorrenti wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati), u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat ta’ dawn l-atti.
Dispożittiv
1. |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2. |
Giacomo Santini u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Parlament Ewropew. |