Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0918

Kawża C-918/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2019 – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

ĠU C 95, 23.3.2020, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2019 – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-918/19)

(2020/C 95/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GDVI Verbraucherhilfe GmbH

Konvenuta: Swiss International Air Lines AG

Domandi preliminari

1)

Il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ewropea dwar it-Trasport bl-Ajru tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tat-trasport bl-ajru bejn il-Komunità/l-Isvizzera tas-26 ta’ Novembru 2010 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (3), huwa wkoll applikabbli, skont l-Artikolu 3(1)(b) tiegħu, għal passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjira minn pajjiż terz b’inżul f’ajruport fl-Isvizzera sabiex jimbarkaw fuq titjira lejn Stat Membru?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-applikabbiltà għal qrati ta’ Stat Membru tkopri wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li passiġġieri ta’ titjiriet tardivi jistgħu jitqiesu bħala passiġġieri li t-titjiriet tagħhom ġew ikkanċellati, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens (sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et, C-402/07 u C-432/07 (4))?

3)

Id-dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 japplika wkoll fil-każ ta’ passiġġier li jitlef titjira ta’ korrispondenza minħabba dewmien tal-wasla relattivament żgħir u jasal fid-destinazzjoni finali b’dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar, fejn iż-żewġ titjiriet ikunu ġew operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u r-reżervazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn operatur tal-vjaġġi li jkun ikkombina t-titjiriet għall-klijenti tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94.

(2)  ĠU 2010, L 347, p. 54.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

(4)  EU:C:2009:716.


Top