Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0910

    Kawża C-910/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Bankia S.A. vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

    ĠU C 95, 23.3.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Bankia S.A. vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

    (Kawża C-910/19)

    (2020/C 95/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bankia S.A.

    Konvenuta: Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

    Domandi preliminari

    Fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 3(2) u 6 tad-Direttiva 2003/71/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE:

    1)

    Meta offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet tkun indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati u meta jkun inħareġ prospett għall-attenzjoni tal-investituri individwali, l-azzjoni għad-danni fir-rigward tal-prospett tista’ tkun eżerċitata miż-żewġ tipi ta’ investituri jew mill-investituri individwali biss?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-investituri kkwalifikati jistgħu wkoll jeżerċitaw din l-azzjoni, huwa possibbli li jiġi evalwat il-livell ta’ konoxximent tagħhom tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li toħroġ l-offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet indipendentement mill-prospett, fuq il-bażi tar-relazzjonijiet ġuridiċi jew kummerċjali tagħhom ma’ din il-persuna li toħroġ l-offerta (sehem fl-azzjonarjat tagħha, fl-organi ta’ ammistazzjoni tagħha, etc)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356, rettifika fil-ĠU 2014, L 218, p. 8).


    Top