Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0908

    Kawża C-908/19 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Dicembru 2019 minn European Food SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-536/18 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (FITNESS)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/5


    Appell ippreżentat fl-10 ta’ Dicembru 2019 minn European Food SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-536/18 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (FITNESS)

    (Kawża C-908/19 P)

    (2020/C 201/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: European Food SA (rappreżentanti: R. Dincă, I. Speciac, V. Stănese, I.-F. Cofaru, avocați)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Société des produits Nestlé, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

    B’digriet tat-18 ta’ Marzu 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    Top