EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0907

Kawża C-907/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Q-GmbH vs Finanzamt Z

ĠU C 87, 16.3.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Q-GmbH vs Finanzamt Z

(Kawża C-907/19)

(2020/C 87/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Q-GmbH

Konvenut: Finanzamt Z

Domanda preliminari

Jeżisti servizz li jagħmel parti mill-operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, ipprovdut b’eżenzjoni mit-taxxa mis-sensara tal-assigurazzjoni u mill-aġenti tal-assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività ta’ intermedjarju għal kumpannija ta’ assigurazzjoni tipprovdi wkoll lil din tal-aħħar il-prodott ta’ assigurazzjoni medjat?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


Top