Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0872

    Kawża C-872/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-65/18, Il-Venezwela vs Il-Kunsill

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/27


    Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-65/18, Il-Venezwela vs Il-Kunsill

    (Kawża C-872/19 P)

    (2020/C 45/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avvocati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza appellata sa fejn din ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli;

    tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-appellanti u tibgħat l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża; u

    tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed maqsum fi tliet partijiet.

    Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-kriterju ta’ inċidenza diretta previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE fid-dawl tal-ġurisprudenza Almaz-Antey:

    1.

    Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju żbaljat sabiex tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati (1) jikkonċernawx direttament lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

    2.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni xi ċirkustanzi essenzjali tal-kawża inkwistjoni meta applikat il-kriterju ta’ inċidenza diretta kif stabbilit fil-kawża Almaz-Antey.

    3.

    Il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis l-effetti fattwali tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fuq ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 60).


    Top