Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0802

    Kawża C-802/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Firma Z vs Finanzamt Y

    ĠU C 45, 10.2.2020, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Firma Z vs Finanzamt Y

    (Kawża C-802/19)

    (2020/C 45/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Firma Z

    Konvenut: Finanzamt Y

    Domandi preliminari

    1)

    Spiżerija li tikkunsinna prodotti mediċinali għal fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard u li tagħti skont lill-assigurat tista’, fuq il-bażi ta’ dan l-iskont, tnaqqas il-bażi taxxabbli skont is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400)?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: Il-fatt li spiżerija stabbilita fit-territorju nazzjonali għandha d-dritt tnaqqas il-bażi taxxabbli, iżda mhux spiżerija li tagħmel kunsinna intra-Komunitarja eżentata mit-taxxa lil fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard minn Stat Membru ieħor, jikser il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fis-suq intern?


    Top