Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0769

    Kawża C-769/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra UC u TD

    ĠU C 27, 27.1.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra UC u TD

    (Kawża C-769/19)

    (2020/C 27/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Spetsializiran nakazatelen sad

    Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

    UC u TD

    Domanda preliminari

    Hija konformi mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (1), mal-prinċipju li l-każ għandu jinstema’ fi żmien raġonevoli fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll mal-prinċipju ta’ dinjità, leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta l-att ta’ akkuża jkun irregolari (jiġifieri l-kontenut tiegħu ma jkunx ċar, ma jkunx komplet jew ikun kontradittorju), fl-ebda każ ma tippermetti li din l-irregolarità tiġi rrimedjata permezz ta’ korrezzjoni mill-prosekutur fil-kuntest tas-seduta quddiem il-qorti li matulha tkun ġiet ikkonstatata din l-irregolarità, u minflok tobbliga lill-qorti sabiex f’kull każ twaqqaf il-proċedura ġudizzjarja u tibgħat il-każ lura quddiem il-prosekutur sabiex jitfassal att ta’ akkuża ġdid, bil-konsegwenza li dan iwassal għal dewmien sinjifikattiv fil-proċeduri kriminali minkejja li l-irregolarità inkwistjoni tkun tista’ tiġi rrimedjata immedjatament fil-kuntest tas-seduta?


    (1)  ĠU 2012, L 142, p. 1.


    Top