This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0716
Case C-716/19: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Mercantil No 2 de Madrid (Spain) lodged on 26 September 2019 — ZA and Others v Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.
Kawża C-716/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (Spanja) fis-26 ta’ Settembru 2019 – ZA et vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
Kawża C-716/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (Spanja) fis-26 ta’ Settembru 2019 – ZA et vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
ĠU C 423, 16.12.2019, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (Spanja) fis-26 ta’ Settembru 2019 – ZA et vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
(Kawża C-716/19)
(2019/C 423/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZA, AZ, BX, CV, DU, ET
Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA
Domandi preliminari
1) |
Jista’ jitqies, fid-dawl tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), li l-fatti investigati u ddikjarati ppruvati f’deċiżjoni maħruġa minn awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni — meta l-imsemmija awtorità taġixxi skont l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE fi ħdan fil-funzjonijiet mogħtija lilha mill-imsemmi regolament u min-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kooperazzjoni fi ħdan n-Netwerk tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni (2004/C 101/03) tas-27 ta’ April 2004 — u li sussegwentement tiġi kkonfermata mill-qorti nazzjonali superjuri u ssir definittiva, għandhom valur probatorju ta’ prova inkonfutabbli u jipproduċu effett vinkolanti jew ta’ preġudizzju fuq is-sentenzi mogħtija minn qrati oħra f’kawżi sussegwenti li huma relatati mal-istess fatti? |
2) |
Fil-każ li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ ksur relatat ma’ grupp ta’ ftehimiet, għandu jiġi preżunt, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor mill-persuna li wettqet il-ksur, li l-ftehimiet kollha li jiffurmaw dak il-grupp huma affettwati mill-kontenut tad-deċiżjoni inkwistjoni? Jiġifieri, id-deċiżjonijiet mogħtija dwar gruppi ta’ ftehimiet iwasslu għal inverżjoni tal-oneru tal-prova? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).