Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0686

    Kawża C-686/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2019 – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-18 ta’ Settembru 2019 – SIA “Soho Group” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

    (Kawża C-686/19)

    (2019/C 399/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa (Senāts)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellanti fil-kassazzjoni: SIA “Soho Group”

    Parti oħra fil-proċedura ta’ kasazzjoni: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?

    2)

    F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża preżenti, il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” previst fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, jinkludi l-ispejjeż għall-estensjoni tal-kreditu, sa fejn il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-kreditu jifformaw parti mill-klawżoli u mill kundizzjonijiet miftiehma bejn min isellef u min jissellef fil-kuntratt ta’ kreditu?


    (1)  ĠU 2008, L 133, p. 66.


    Top