Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0637

    Kawża C-637/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Svea Hovrätt — Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Awwissu 2019 – BY vs CX

    ĠU C 372, 4.11.2019, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 372/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Svea Hovrätt — Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Awwissu 2019 – BY vs CX

    (Kawża C-637/19)

    (2019/C 372/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Svea Hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: BY

    Konvenut: CX

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kelma “pubbliku” li tinsab fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1), għandha tifsira uniformi?

    2)

    F’każ li l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, qorti tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pubbliku” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?

    3)

    F’każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:

    a)

    f’każ ta’ komunikazzjoni ta’ xogħol protett lil qorti, din tal-aħħar tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pubbliku”?

    b)

    f’każ ta’ distribuzzjoni ta’ xogħol protett lil qorti, din tal-aħħar tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pubbliku”?

    4)

    Il-fatt li d-dritt nazzjonali jipprevedi prinċipju ġenerali ta’ aċċess għad-dokumenti pubbliċi li skontu kull min iressaq talba jista’ jingħata aċċess għall-atti tal-proċedura trażmessi lil qorti, dment li dawn ma jkunux suġġetti għas-sigriet tal-kunfidenzjalità, jinċidi fuq l-evalwazzjoni dwar jekk it-trażmissjoni lil qorti ta’ xogħol protett tikkostitwixxix “komunikazzjoni lill-pubbliku” jew “distribuzzjoni lill-pubbliku”?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


    Top