Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0579

    Kawża C-579/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2019 — R (fuq rikors tal-Association of Independent Meat Suppliers et) vs The Food Standards Agency

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Lulju 2019 — R (fuq rikors tal-Association of Independent Meat Suppliers et) vs The Food Standards Agency

    (Kawża C-579/19)

    (2019/C 328/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: R (fuq rikors tal-Association of Independent Meat Suppliers et)

    Konvenuta: The Food Standards Agency

    Domandi preliminari

    1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 854[/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman] u r-Regolament (KE) Nru 882[/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali] jipprekludu proċedura li permezz tagħha, skont l-Artikolu 9 tal-Food Safety Act 1990 (il-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ikel tal-1990), Justice of the Peace (imħallef f’qorti distrettwali) jiddeċiedi fuq il-mertu tal-każ u abbażi tal-evidenza ta’ esperti mressqa minn kull wieħed mill-partijiet jekk karkassa tissodisfax ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti tal-ikel?

    2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 882[/2004] jeżiġi dritt għal azzjoni legali minn deċiżjoni ta’ veterinarju uffiċjali, skont il-punt 2 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 854[/2004] li ddikjarat li l-laħam ta’ karkassa ma kienx xieraq għall-konsum mill-bniedem u, fl-affermattiv, x’approċċ għandu jiġi adottat fl-eżami tal-fondatezza tad-deċiżjoni meħuda mill-veterinarju uffiċjali fil-kuntest ta’ azzjoni legali f’tali każ?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200, rettifika fil-ĠU 2015, L 187, p. 91.


    Top