This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0558
Case C-558/19: Request for a preliminary ruling from Tribunalul Cluj (Romania) lodged on 23 July 2019 — Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj v Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Kawża C-558/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Kawża C-558/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
ĠU C 372, 4.11.2019, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-558/19)
(2019/C 372/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa Pizzarotti & C SPA Italia Sucursala Cluj
Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni (l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 29(3) tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 li Tistabbilixxi l-Kodiċi tat-Taxxi)), li tippermetti li trasferiment bankarju ta’ fondi minn fergħa residenti fi Stat Membru lill-kumpannija omm tagħha residenti fi Stat Membru ieħor jiġi rriklassifikat bħala “tranżazzjoni li tiġġenera dħul”, b’mod li l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-prezzijiet tat-trasferiment issir obbligatorja, filwaqt li, jekk l-istess tranżazzjoni tkun saret bejn fergħa u kumpannija omm, it-tnejn li huma residenti fl-istess Stat Membru, din ma kinitx tkun tista’ tiġi rriklassifikata hekk u l-imsemmija regoli ma kinux jiġu applikati?