Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0509

    Kawża C-509/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2019 — BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2019 — BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München

    (Kawża C-509/19)

    (2019/C 328/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BMW Bayerische Motorenwerke AG

    Konvenut: Hauptzollamt München

    Domanda preliminari

    L-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp ta’ softwer żviluppat fl-Unjoni Ewropea li jiġi pprovdut mill-bejjiegħ lix-xerrej mingħajr ħlas u li jiġi installat fl-unità ta’ kontroll, li tiġi importata, għandhom jiġu miżjuda mal-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija importata fis-sens tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) meta ma jkunux inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata?


    (1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


    Top