EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0467

Kawża C-467/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra QR

ĠU C 280, 19.8.2019, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Proċeduri kriminali kontra QR

(Kawża C-467/19)

(2019/C 280/40)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

QR

Domanda preliminari

Prassi ġudizzjarja taħt id-dritt nazzjonali dwar l-approvazzjoni mill-qorti ta’ ftehim milħuq bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża li tissuġġetta l-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim għall-kunsens tal-persuni akkużati l-oħra, fejn dan il-kunsens huwa meħtieġ biss fir-rigward tal-fażi ġudizzjarja tal-proċedura, hija konformi mal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva Nru 2016/343 (1), mal-Artikoli 47 u 52 tal-Karta, mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ effettività?


(1)  Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).


Top