Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0360

    Kawża C-360/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt

    ĠU C 270, 12.8.2019, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt

    (Kawża C-360/19)

    (2019/C 270/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Crown Van Gelder BV

    Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 37(11) tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti wkoll id-dritt ta’ tressiq ta’ lment kontra l-operatur tas-sistema nazzjonali (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) lil parti meta din il-parti ma tkunx konnessa mas-sistema ta’ dan l-operatur tas-sistema nazzjonali kkonċernata (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) iżda biss ma’ sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni) li fiha t-trażmissjoni tal-elettriku tiġi interrotta minn nuqqas fis-sistema nazzjonali (sistema tat-trażmissjoni) li ssostni s-sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni)?


    (1)  ĠU 2009, L 211, p. 55.


    Top