This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0174
Case C-174/19 P: Appeal brought on 25 February 2019 by Scandlines Danmark ApS and Scandlines Deutschland GmbH against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 13 December 2018 in Case T-630/15: Scandlines Danmark and Scandlines Deutschland v Commission
Kawża C-174/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-630/15, Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
Kawża C-174/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-630/15, Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
ĠU C 148, 29.4.2019, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/35 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2019 minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-630/15, Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-174/19 P)
(2019/C 148/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Scandlines Danmark ApS, Scandlines Deutschland GmbH (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, advokat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart, Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-630/15 sa fejn ċaħdet it-talbiet tal-appellanti li l-miżuri mogħtija lil A/S Femern Landanlæg jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat; li l-ispejjeż tal-Hinterland Connenctions ma jikkostitwixxux spejjeż eliġibbli għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija lil Femern A/S; li l-miżuri mogħtija lil Femern A/S ma għandhomx effett ta’ inċentiv; li l-analiżi kontrofattwali hija illegali; li l-miżuri mogħtija lil Femern A/S ma jikkawżawx distorsjoni tal-kompetizzjoni mhux dovuta; u li t-talbiet il-ġodda magħmula mill-appellanti huwa inammissibbli. |
— |
tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk tal-appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellati jressqu seba’ aggravji:
— |
L-ewwel, bi ksur tal-Artikoli 107(1) u tal-108(2) TFUE, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi u ma esperjenzatx diffikultajiet serji meta stabbiliet li l-garanziji tal-Istat u s-self mill-Istat mogħtija lil A/S Femern Landanlæg għad-Danish rail Hinterland Connections ma kienux tali li jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni peress li s-suq rilevanti ma huwiex miftuħ għall-kompetizzjoni. L-appellati sostnew li din il-konklużjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq erba’ żbalji ta’ liġi li jikkorrispondu għal erba’ subaggravji:
|
— |
It-tieni, bi ksur tal-Artikoli 107(1) u tal-108(2) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi u ma ffaċċjatx problemi serji meta ddeterminat li l-garanziji tal-Istat u s-self mill-Istat mogħtija lil A/S Femern Landanlæg għall-iffinanzjar tad-Danish rail Hinterland Connections ma kienux tali li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
— |
It-tielet, bi ksur tal-Artikolu 107(3)(b) u tal-108(2) TFUE, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-ispejjeż tal-Hinterland Connections jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu tal-intensità ta’ għajnuna massima permessa għal Fixed Link (fil-kuntest tal-analiżi tal-kompatibbiltà) għalkemm, skont il-Qorti Ġenerali, il-fondi mogħtija lil Hinterland Connections ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
— |
Ir-raba’, bi ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Artikolu 108(2) TFUE l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi u ma ffaċċjatx diffikultajiet serji meta ddeċidiet li l-għajnuna lil Femern A/S kellha effett ta’ inċentiv; |
— |
Il-ħames, bi ksur tal-Artikolu 107(3)(b) u l-Artikolu 108(2) TFUE il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi u ma ffaċċjatx diffikultajiet serji meta ddeċidiet li l-awtoritajiet Daniżi kienu pproduċew xenarju kontrofattwali xieraq għall-evalwazzjoni tagħha rigward il-ħtieġa tal-għajnuna. |
— |
Is-sitta, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-għajnuna mogħtija lil Femern A/S ma kkawżatx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni indebiti. |
— |
Is-seba’ il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-inklużjoni mill-appellanti ta’ talbiet ġodda fir-rigward tal-Miżuri ta’ Konstruzzjoni Addizzjonali abbażi tal-fatt li dawn ma kinux ġew awtorizzati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2015. |