EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0465

Kawża C-465/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Straubing – il-Ġermanja) – B & L Elektrogeräte GmbH vs GC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Il-punti 8(c) u 9 tal-Artikolu 2 – Kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju – Kunċett ta’ “post tan-negozju” – Kuntratt konkluż fl-istand ta’ fiera kummerċjali immedjatament wara li l-konsumatur li kien jinsab fi spazju komuni tal-fiera ġie avviċinat mill-kummerċjant)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/27


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Straubing – il-Ġermanja) – B & L Elektrogeräte GmbH vs GC

(Kawża C-465/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Il-punti 8(c) u 9 tal-Artikolu 2 - Kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju - Kunċett ta’ “post tan-negozju” - Kuntratt konkluż fl-istand ta’ fiera kummerċjali immedjatament wara li l-konsumatur li kien jinsab fi spazju komuni tal-fiera ġie avviċinat mill-kummerċjant)

(2020/C 68/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Straubing

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B & L Elektrogeräte GmbH

Konvenut: GC

Dispożittiv

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-punt 9 tal-Artikolu 2 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fi stand imtella’ minn kummerċjant waqt fiera kummerċjali, immedjatament wara li dan il-konsumatur, li kien jinsab fil-passaġġ komuni għad-diversi stands preżenti f’sala ta’ espożizzjoni tal-fiera, ikun ġie avviċinat minn dan il-kummerċjant, huwa “kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


Top