EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0364

Kawża C-364/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Galaţi – ir-Rumanija) – XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC, NL vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA, Credit Europe Bank NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 1(2) – Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tal-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mandatorji – Artikolu 4(2) – Eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija – Allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq professjonist – Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jitwettaq bi prijorità fid-dawl tal-Artikolu 1(2))

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Galaţi – ir-Rumanija) – XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC, NL vs SC Credit Europe Ipotecar IFN SA, Credit Europe Bank NV

(Kawża C-364/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 1(2) - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tal-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mandatorji - Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq professjonist - Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jitwettaq bi prijorità fid-dawl tal-Artikolu 1(2))

(2021/C 289/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Galaţi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB, EC, NL

Konvenuti: SC Credit Europe Ipotecar IFN SA, Credit Europe Bank NV

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tiġi adita b’tilwima li tirrigwarda klawżola kuntrattwali allegatament inġusta li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, hija għandha l-obbligu li teżamina bi prijorità l-effett tal-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, u mhux l-effett tal-eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


Top