Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0103

    Kawża C-103/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-Klawżola 5 – Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” – Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” – Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal – Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

    (Kawża C-103/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-Klawżola 5 - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” - Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” - Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal - Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)

    (2021/C 357/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT)

    Konvenut: Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

    Dispożittiv

    1)

    Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, skont ir-regoli applikabbli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha, jekk miżuri nazzjonali li jipprevedu l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kategorija ta’ membri tal-persunal temporanju, bis-sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, u l-ħatra eventwali bħala uffiċjali ta’ dawn il-membri tal-persunal wara proċeduri ta’ selezzjoni sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati proviżorjament minn dawn tal-aħħar jikkostitwixxux miżuri xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fl-eventwalità li dan ma jkunx il-każ, hija din il-qorti li għandha tivverifika jekk jeżistux, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, miżuri effettivi oħra għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ dan l-abbuż.

    2)

    Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-membri tal-persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal biss il-possibbiltà li jiksbu s-sostituzzjoni ta’ dan l-istatus b’dak ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, fil-każ li din is-sostituzzjoni tikkostitwixxi miżura xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm ikunu jeżistu miżuri effettivi oħrajn fl-ordinament ġuridiku nazzjonali għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ tali abbużi fir-rigward tal-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat li ma jaqgħux fil-kategorija tal-membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 319, 23.09.2019.


    Top