Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0704

    Kawża C-704/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla – La Mancha (Communauté autonome de Castille-La Manche, Spanja) – Deċiżjoni (UE) 2016/1385 – Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu mogħti)

    ĠU C 263, 5.7.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-704/19) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla – La Mancha (Communauté autonome de Castille-La Manche, Spanja) - Deċiżjoni (UE) 2016/1385 - Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu mogħti)

    (2021/C 263/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, P. Arenas u P. Němečková, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jirkupra mingħand Telecom Castilla-La Mancha SA l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1385 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.27408 (C 24/10 (ex NN 37/10, ex CP 19/09) implimentata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, billi ma wriex li l-pagamenti kollha sospiżi tal-imsemmija għajnuna ġew annullati, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, il-miżuri adottati sabiex jikkonforma ruħu ma din id-deċiżjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni.

    2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 413, 09.12.2019.


    Top