Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0703

    Kawża C-703/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-22 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – J.K. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98(2) – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa waħda jew tnejn ta’ VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Klassifikazzjoni ta’ attività kummerċjali bħala “provvista ta’ servizzi” – Punt 12a tal-Anness III – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 – Artikolu 6 – Kunċett ta’ “servizzi fir-ristoranti u tal-catering” – Ikliet lesti għall-konsum immedjat fuq il-post fl-istabbilimenti tal-bejjiegħ jew f’food court – Ikliet lesti għall-konsum immedjat take away)

    ĠU C 228, 14.6.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 228/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-22 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – J.K. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach

    (Kawża C-703/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98(2) - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa waħda jew tnejn ta’ VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Klassifikazzjoni ta’ attività kummerċjali bħala “provvista ta’ servizzi” - Punt 12a tal-Anness III - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 - Artikolu 6 - Kunċett ta’ “servizzi fir-ristoranti u tal-catering” - Ikliet lesti għall-konsum immedjat fuq il-post fl-istabbilimenti tal-bejjiegħ jew f’food court - Ikliet lesti għall-konsum immedjat take away)

    (2021/C 228/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: J.K.

    Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach

    fil-preżenza ta’: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców

    Dispożittiv

    L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE tal-5 ta’ Mejju 2009, moqri flimkien mal-punt 12a tal-Anness III ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “servizzi fir-ristoranti u tal-catering” il-provvista ta’ ikel li tkun akkumpanjata minn servizzi relatati suffiċjenti, intiżi sabiex jippermettu l-konsum immedjat ta’ dan l-ikel mill-klijent finali, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Meta l-klijent finali jagħżel li ma jibbenefikax mill-mezzi materjali u umani mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-persuna taxxabbli sabiex jakkumpanja l-konsum tal-ikel ipprovdut, hemm lok li jitqies li ebda servizz relatat ma jakkumpanja l-provvista ta’ dan l-ikel.


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top