EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0638

Kawża C-638/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et (Appell – Għajnuna mill Istat – Artikoli 107 u 108 TFUE – Trattat bilaterali ta’ investiment – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-Rumanija – Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea – Tħassir ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni – Deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tagħti l-ħlas ta’ danni wara l-adeżjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li dan il-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu – Kompetenza tal-Kummissjoni – Applikazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-Unjoni – Determinazzjoni tad-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt li jirċievi l-għajnuna – Artikolu 19 TUE – Artikoli 267 u 344 TFUE – Awtonomija tad-dritt tal Unjoni)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 2–2 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs European Food SA et

(Kawża C-638/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill Istat - Artikoli 107 u 108 TFUE - Trattat bilaterali ta’ investiment - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ir-Rumanija - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Tħassir ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni - Deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tagħti l-ħlas ta’ danni wara l-adeżjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li dan il-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu - Kompetenza tal-Kummissjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-Unjoni - Determinazzjoni tad-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt li jirċievi l-għajnuna - Artikolu 19 TUE - Artikoli 267 u 344 TFUE - Awtonomija tad-dritt tal Unjoni)

(2022/C 119/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL, Scandic Distilleries SA, Ioan Micula (rappreżentanti: K. Struckmann, Rechtsanwalt, G. Forwood, avocat u A. Kadri, solicitor), Viorel Micula, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Transilvania General Import-Export SRL, West Leasing SRL, li kienet West Leasing International SRL (rappreżentanti: J. Derenne, D. Vallindas u O. Popescu, avocats), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentat minn S. Centeno Huerta, aġent, sussegwentement minn A. Gavela Llopis, aġent), l-Ungerija

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs, R. Kanitz u J. Möller, aġenti), ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Pommere, aġent), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: D. Lutostańska, B. Majczyna u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Ġunju 2019, European Food et vs Il-Kummissjoni (T-624/15, T-694/15 u T-704/15, EU:T:2019:423), hija annullata.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell inċidentali.

3)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq il-motivi u l-argumenti mqajma quddiemha li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma ħaditx deċiżjoni.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019


Top