EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0481

Kawża C-481/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – DB vs Commissione Nazionale per le Societa e la Borsa (Consob) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Direttiva 2003/6/KE – Artikolu 14(3) – Regolament (UE) Nru 596/2014 – Artikolu 30(1)(b) – Abbuż tas-suq – Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali – Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti – Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt li wieħed iżomm is-silenzju u li ma jikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tiegħu stess)

ĠU C 110, 29.3.2021, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – DB vs Commissione Nazionale per le Societa e la Borsa (Consob)

(Kawża C-481/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2003/6/KE - Artikolu 14(3) - Regolament (UE) Nru 596/2014 - Artikolu 30(1)(b) - Abbuż tas-suq - Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali - Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti - Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt li wieħed iżomm is-silenzju u li ma jikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tiegħu stess)

(2021/C 110/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DB

Konvenut: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Fil-preżenza ta’: Presidente del Consiglio dei ministri

Dispożittiv

L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u l-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6 u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-Istati Membri li ma jissanzjonawx lil persuna fiżika li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni mmexxija fir-rigward tagħha mill-awtorità kompetenti skont din id-direttiva jew skont dan ir-regolament, tirrifjuta li tipprovdilha risposti li minnhom tista’ tirriżulta r-responsabbiltà tagħha għal reat punibbli b’sanzjonijiet amministrattivi li għandhom natura kriminali jew ir-responsabbiltà kriminali tagħha.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


Top