EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0326

Kawża C-326/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – EB vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca – MIUR, Università degli Studi Roma Tre (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn l-ETUC, l-UNICE u ċ-CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 5 – Kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Abbuż – Miżuri għal prevenzjoni – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Riċerkaturi universitarji)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – EB vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca – MIUR, Università degli Studi Roma Tre

(Kawża C-326/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn l-ETUC, l-UNICE u ċ-CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 5 - Kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Abbuż - Miżuri għal prevenzjoni - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Riċerkaturi universitarji)

(2021/C 289/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EB

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Istruzione, dell'Università e della Ricerca – MIUR, Università degli Studi Roma Tre

Fil-preżenza ta’: Federazione Lavoratori della Conoscenza – CGIL (FLC-CGIL), Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Anief – Associazione Professionale e Sindacale, Confederazione Generale Sindacale, Cipur – Coordinamento Intersedi Professori Universitari di Ruolo

Dispożittiv

Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha huwa previst, fir-rigward tar-reklutaġġ ta’ riċerkaturi universitarji, li jiġi konkluż kuntratt għal żmien determinat, għal perijodu ta’ tliet snin, b’possibbiltà waħda ta’ estensjoni, għal perijodu massimu ta’ sentejn, hija u tissuġġetta, minn naħa, il-konklużjoni ta’ tali kuntratti, għall-kundizzjoni li r-riżorsi jkunu disponibbli “għall-ippjanar, bil-għan li titwettaq attività ta’ riċerka, ta’ tagħlim, ta’ tagħlim mhux kurrikulari u ta’ servizz lill-istudenti”, u, min-naħa l-oħra, l-estensjoni ta’ dawn il-kuntratti għall-“evalwazzjoni pożittiva tal-attivitajiet ta’ tagħlim u ta’ riċerka mwettqa”, mingħajr ma jkun meħtieġ għal din il-leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-kriterji oġġettivi u trasparenti li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-konklużjoni u t-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti effettivament jissodisfaw ħtieġa reali, huma tali li jilħqu l-għan segwit u huma meħtieġa għal dan il-fini.


(1)  ĠU C 288, 26.08.2019.


Top