Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0130

    Kawża C-130/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta’ Settembru 2021 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten (Artikolu 286(6) TFUE – Ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri – Tneħħija tad-dritt għall-pensjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Regolarità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Proċedura interna għall-Qorti tal-Awdituri – Attività inkompatibbli mal-funzjonijiet ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum – Spejjeż ta’ rappreżentanza u ta’ ospitalità – Użu tal-karozza uffiċjali – Użu tas-servizz ta’ xufier – Kunflitt ta’ interessi – Proporzjonalità tas-sanzjoni)

    ĠU C 481, 29.11.2021, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 481/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-30 ta’ Settembru 2021 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Karel Pinxten

    (Kawża C-130/19) (1)

    (Artikolu 286(6) TFUE - Ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Tneħħija tad-dritt għall-pensjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Regolarità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Proċedura interna għall-Qorti tal-Awdituri - Attività inkompatibbli mal-funzjonijiet ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum - Spejjeż ta’ rappreżentanza u ta’ ospitalità - Użu tal-karozza uffiċjali - Użu tas-servizz ta’ xufier - Kunflitt ta’ interessi - Proporzjonalità tas-sanzjoni)

    (2021/C 481/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: inizjalment C. Lesauvage, J. Vermer u É. von Bardeleben, sussegwentement C. Lesauvage, aġenti)

    Konvenut: Karel Pinxten (rappreżentant: L. Levi, avocate)

    Dispożittiv

    1.

    It-talba ta’ Karel Pinxten għas-sospensjoni tal-għoti tas-sentenza sakemm jiġu konklużi l-proċeduri kriminali mibdija mill-awtoritajiet Lussemburgiżi b’reazzjoni għall-komunikazzjoni, lil dawn l-awtoritajiet, tar-rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) marbut mal-Każ Nru OC/2016/0069/A 1 hija miċħuda.

    2.

    It-talba ta’ Karel Pinxten sabiex il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tiġi ordnata tikkomunika rapport redatt fi tmiem awditu intern u l-miżuri meħuda b’reazzjoni għal dan ir-rapport kif ukoll kull nota ta’ dik l-istituzzjoni dwar eventwali preġudizzju għall-indipendenza tal-awditur intern hija miċħuda.

    3.

    L-ittra elettronika mibgħuta fit-13 ta’ Frar 2019 mill-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri lill-Membri l-oħra ta’ dik l-istituzzjoni u lis-Segretarju Ġenerali tagħha, prodotta minn Karel Pinxten fl-Anness B.10 tar-risposta tiegħu, hija rtirata mill-proċess.

    4.

    Karel Pinxten kiser l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fis-sens tal-Artikolu 286(6) TFUE f’dak li jirrigwarda:

    l-eżerċizzju mhux iddikjarat u illegali ta’ attività fi ħdan il-korp ta’ tmexxija ta’ partit politiku;

    l-użu abbużiv tar-riżorsi tal-Qorti tal-Awdituri sabiex jiffinanzja attivitajiet mhux marbuta mal-funzjonijiet ta’ Membru ta’ dik l-istituzzjoni sa fejn ikkonstatat fil-punti 387 sa 799 ta’ din is-sentenza;

    l-użu ta’ karta tal-fjuwil għax-xiri ta’ fjuwil intiż li jintuża f’vetturi li jappartjenu lil terzi, u

    il-ħolqien ta’ kunflitt ta’ interessi fil-kuntest ta’ relazzjoni mal-kap ta’ entità awditjata.

    5.

    Karel Pinxten qiegħed jiġi ddikjarat li tneħħewlu żewġ terzi mid-dritt għall-pensjoni tiegħu b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza.

    6.

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    7.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex kompetenza sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens imressqa minn Karel Pinxten.

    8.

    Karel Pinxten huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.


    (1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


    Top