Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0050

Kawża C-50/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sigma Alimentos Exterior SL vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sigma Alimentos Exterior SL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-50/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra minn dan l-Istat Membru għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Sigma Alimentos Exterior SL (rappreżentanti: inizjalment minn M. Linares-Gil u M. Muñoz Pérez, abogados, sussegwentement minn M. Muñoz Pérez, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: R. Kanitz u J. Möller, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sigma Alimentos Exterior SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.


Top