Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0535

Kawża T-535/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek’s)

ĠU C 392, 29.10.2018, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/39


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek’s)

(Kawża T-535/18)

(2018/C 392/47)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Peek’s” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 263 589

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 60/2007-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 15(2) tal-Markengesetz (il-Liġi dwar it-Trade Marks, iktar ’il quddiem il-“MarkenG”);

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 15(2) tal-MarkenG minħabba preżunzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 15(3) tal-MarkenG minħabba preżunzjoni ta’ vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni;

Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 moqri flimkien mar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.


Top