Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0220

    Kawża T-220/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (Battistino)

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/37


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2018 – Torrefazione Caffè Michele Battista vs EUIPO – Battista Nino Caffè (Battistino)

    (Kawża T-220/18)

    (2018/C 190/61)

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Torrefazione Caffè Michele Battista Srl (Triggiano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Franchini, F. Paesan u R. Bia, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Battista Nino Caffè Srl (Triggiano, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Battistino” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 071 387 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 400/2017-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għall-ispejjeż taż-żewġ proċedimenti preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO u l-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 64(2), tal-Artikolu 60(1)(a), u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


    Top