This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0161
Case T-161/18: Action brought on 5 March 2018 — Braesch and Others v Commission
Kawża T-161/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Braesch et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-161/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Braesch et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 190, 4.6.2018, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/31 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Braesch et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-161/18)
(2018/C 190/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anthony Braesch (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Trinity Investments DAC (Dublin, l-Irlanda), Bybrook Capital Master Fund LP (Grand Cayman, il-Gżejjer Cayman), Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP (Grand Cayman), Bybrook Capital Badminton Fund LP (Grand Cayman) (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Champsaur, G. Faella, u L. Prosperetti, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4690 finali tal-4 ta’ Lulju 2017 (1), fil-Każ SA.47677 (2017/N); |
— |
sussidjarjament, tannulla din id-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna t-trattament tal-istrumenti FRESH (2); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża; |
— |
tadotta kull miżura li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa, inklużi miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 89(3) u/jew miżuri istruttorji skont l-Artikolu 91(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni approvat illegalment miżuri ta’ tqassim tal-oneri fil-kuntest ta’ rikapitalizzazzjoni preventiva, bi ksur tal-Artikoli 18 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (nuqqas ta’ motivazzjoni) (3). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni eżiġiet illegalment l-annullament tal-kuntratti relatati mal-bonds FRESH (żball manifest ta’ liġi u ta’ fatt li twettaq billi ma ġietx segwita l-Komunikazzjoni dwar il-banek (4); ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspetattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament; nuqqas ta’ motivazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata titratta lid-detenturi tal-bonds FRESH b’mod diskriminatorju (ksur tad-dritt għal trattament ugwali sanċit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u fl-Artikolu 14 tal-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”); żball manifest ta’ evalwazzjoni; nuqqas ta’ motivazzjoni). |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet għall-proprjetà tad-detenturi tal-bonds FRESH (ksur tad-drittijiet għall-proprjetà protetti bl-Artikolu 17 tal-Karta u bl-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-KEDB; nuqqas ta’ motivazzjoni). |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minkejja l-fatt li kien hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mad-dritt tal-Unjoni (ksur tal-Artikolu 108(2) u (3) TFUE; ksur tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill 2015/1589 (5); żball manifest ta’ evalwazzjoni, nuqqas ta’ motivazzjoni). |
(1) ĠU 2018 C 40, p. 7.sussidjarjament, tannulla din id-deċiżjoni
(2) Floating Rate Equity-linked Subordinated Hybrid (bonds privileġġjati ibridi suġġetti għal rata li tvarja), (tip ta’ bond).
(3) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).
(4) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-komunikazzjoni dwar il-banek”) (ĠU 2013 C 216, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).