Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0028

    Kawża T-28/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – AC Milan (AC MILAN)

    ĠU C 94, 12.3.2018, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/33


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Marriott Worldwide vs EUIPO – AC Milan (AC MILAN)

    (Kawża T-28/18)

    (2018/C 094/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AC Milan SpA (Milano, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “AC MILAN” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 182 615 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 356/2017-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi kkontestati; u

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti minħabba f’dan ir-rikors.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top