Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0022

    Kawża T-22/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 104, 19.3.2018, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/46


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2018 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-22/18)

    (2018/C 104/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u L. Zaharieva)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2017) 7263), sa fejn, fil-partita tal-baġit 6711 tagħha, teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tal-Bulgarija li jammonta għal EUR 11 685 774,48, li l-impatt finanzjarju tiegħu jammonta għal EUR 11 412 865,79, wara tnaqqis ta’ EUR 272 908,69;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

    1.

    Motivi li jikkonċernaw is-somom esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post” u minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Verifika adegwata tat-talbiet għall-pagamenti”; minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat max-xiri dirett; minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat mal-kumitat tal-evalwazzjoni:

    Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u skont l-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni Nru 908/2014 minħabba l-mod kif il-Kummissjoni ssupplimentat b’raġunijiet ġodda l-konstatazzjonijiet tagħha dwar il-kwalità tal-kontrolli fuq il-post;

    Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-assenza ta’ kriterji u ta’ linji gwida ċari dwar il-kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post;

    Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li ma humiex iġġustifikati;

    Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji minħabba l-korrezzjoni finanzjarja applikata skont il-miżura 311 għas-snin finanzjarji 2013, 2014 u 2015;

    Ksur tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji minħabba l-applikazzjoni ta’ ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja li ma huwiex proporzjonali għar-riskju reali ta’ dannu finanzjarju għall-Unjoni;

    Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 u tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji inkonnessjoni mal-kwalità suffiċjenti tal-kontrolli fuq il-post;

    Ksur tal-Artikolu 34(6) tar-Regolament ta’ implimentazzjoni Nru 908/2014, tal-Artikolu 12(8) tar-Regolament ta’ delega Nru 907/2014, tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fir-rigward tal-infiq kollu li fir-rigward tiegħu ntalab rimbors;

    Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013, tal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità inkonnessjoni mad-determinazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fir-rigward ta’ proġetti f’perijodu ta’ monitoraġġ.

    2.

    Motivi li jikkonċernaw biss is-somom esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni minħabba defiċjenzi fil-kontroll ewlieni “Evalwazzjoni xierqa tar-raġonevolezza tal-ispejjeż” – infiq relatat mal-kumitat tal-evalwazzjoni:

    Ksur tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013, tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ delega Nru 907/2014 u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali inkonnessjoni mal-Linji gwida dwar il-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija għall-kalkolu ta’ korrezzjonijiet finanzjarji;

    Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-ammont tal-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni.


    Top