EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0007

Kawża T-7/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – inforsacom Informationssysteme vs EUIPO (Business and technology working as one)

ĠU C 72, 26.2.2018, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/46


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2018 – inforsacom Informationssysteme vs EUIPO (Business and technology working as one)

(Kawża T-7/18)

(2018/C 072/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: inforsacom Informationssysteme GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Business and technology working as one” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 272 586

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 808/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top