Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0258

    Kawża T-258/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Brunke vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni — Talba oħra li tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà manifesta — Talba ta’ natura dikjaratorja — Talba intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordnijiet — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

    ĠU C 131, 8.4.2019, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/50


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Brunke vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-258/18) (1)

    (“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni - Talba oħra li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Talba ta’ natura dikjaratorja - Talba intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordnijiet - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”)

    (2019/C 131/58)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Lothar Brunke (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schniebel, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi “kkonstatat l-effett diskriminatorju” tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115), u, sussidjarjament, minn naħa, talba intiża, essenzjalment, sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordni kontra l-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni asteniet illegalment milli tagħti segwitu l-ittri tar-rikorrent tas-6 ta’ Ġunju u tas-27 ta’ Diċembru 2017.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud parzjalment minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

    3)

    Lothar Brunke għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.

    5)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.


    (1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


    Top