Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0005

    Kawża T-5/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg BEER COMPANY) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Hamburg BEER COMPANY — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 65, 18.2.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/38


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg BEER COMPANY)

    (Kawża T-5/18) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Hamburg BEER COMPANY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

    (2019/C 65/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hamburg Beer Company GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2017 (Każ R 436/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Hamburg BEER COMPANY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    2)

    Hamburg Beer Company GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


    Top