Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0761

    Kawża T-761/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imagin bank – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti imagic – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/57


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)

    (Kawża T-761/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imagin bank - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti imagic - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 399/70)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Fundación bancaria caixa d'estalvis i pensions de Barcelona La Caixa (Palma de Majorque, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre, D. Liern Cendrero, D. Gabarre Armengol u J. L. Rodríguez-Fuensalida, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Imagic Vision, SL (Madrid, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1954/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Imagic Vision u Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1954/2017-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa.


    (1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


    Top