Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0658

    Kawża T-658/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn bil-kwadri) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn bil-kwadri – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

    ĠU C 27, 27.1.2020, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2019 – Hästens Sängar vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn bil-kwadri)

    (Kawża T-658/18) (1)

    (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn bil-kwadri - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

    (2020/C 27/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Hästens Sängar AB (Köping, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson u R. Wessman, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder, H. O’Neill u D. Gája, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 442/2018-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn bil-kwadri.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Hästens Sängar AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 25, 21.1.2019


    Top