Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0582

    Kawża T-582/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Boxer Barcelona vs EUIPO – X-Technology Swiss (XBOXER BARCELONA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea XBOXER BARCELONA – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittra ‘x’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 – Limitazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Boxer Barcelona vs EUIPO – X-Technology Swiss (XBOXER BARCELONA)

    (Kawża T-582/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea XBOXER BARCELONA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittra ‘x’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 - Limitazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2019/C 432/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Boxer Barcelona, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: X-Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Zafar, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 2186/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn X-Technology Swiss u Boxer Barcelona.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Boxer Barcelona, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


    Top